Il-preżentatur Ian J Vella, magħruf bħala Janvil, għadu kif ħabbar fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu li ħallietna ommu. Il-messaġġ sempliċi u qasir tiegħu jgħid: “Ma ħabbejtek bla qies.”

It-tifla tiegħu Jade Vella fetħet qalbha hekk kif qalet li sena wara biss li miet nannuha, kellha titlef lil nannitha wkoll. Hi tgħid li għalkemm il-familja tinsab muġugħa b’din it-telfa, ghall-inqas jafu li din ix-xwejħa ħelwa m’għadhiex tbati fil-ħajja.

Jade ittemm il-messaġġ tagħha billi tixtieq lill-għażiża nanna tagħha biex tistrieħ fis-sliem.

Aħna f’isem it-tim tal-Gwida kollu nixtiequ noffru l-kondoljanzi lil Janvil u lil familja kollha tiegħu li qed iħossu din it-telfa.


Nicole Barbara