Il-linja tal-ajru Ryanair għamlet ġest nobbli għall-aħħar hekk kif tgħat donazzjoni ta’ €10,000 lill-Puttinu Cares. L-għan ta’ Puttinu Cares dejjem hu li tgħin lit-tfal morda bil-kanċer kif ukoll lill-familji tagħhom bil-mod li għandhom bżonn.

Bħalissa, Puttinu Cares qed tiffoka fuq il-bini ta’ residenza ġdida għat-tfal li jkollhom bżonn il-kura f’Londra. L-organizzazzjoni ħabbret li s-somma sabiħa ta’ Ryanair se tkun qed tagħti “saħħa u kuraġġ għall-proġett il-ġdid fiċ-ċentru ta’ Londra”.

Ġest nobbli għall-aħħar! Kemm hu sabiħ li ngħinu u nagħtu sapport lil xulxin.

Facebook/Puttinu Cares


Nicole Barbara