Il-Membru Parlamentari Alex Borg kiteb erba kelmiet mill-isbaħ fejn bihom jesprimi kemm hu grat li għandu l-familja tiegħu f'ħajtu. Alex isemmi dwar kemm hu importanti li jkun hemm dak il-ħin li fih igawdi l-familja, anke f'din il-ħajja mgħaġġla u impenjattiva.
Alex jikteb dwar kemm il-mumenti mal-familja u l-memorja li jagħmel, jimlewh b'tant ferħ. L-iktar affarijiet sempliċi, anke xi logħba li ġġib tbissima.
"Minkejja l-ħajja mgħaġġla u mimlija responsabbiltajiet bħala politiku, dejjem insib il-ħin biex niddedika ftit ħin għal dak li verament jgħodd – il-familja. M'hemm xejn iktar prezzjuż milli nqatta’ ħin mal-familja... Il-familja u l-imħabba ta' kull ġurnata jagħtuni l-ispirazzjoni u t-tifkira li l-ħajja hija dwar il-mumenti li nqattgħu flimkien."
Prosit Alex!