Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, l-kantant Kurt Calleja żvela ma min jippreferi jqatta’ l-ħin ta’ ħajtu l-iżjed. Hu tefa’ ritratt mal-familja kollha tiegħu, fejn kien inkluż ukoll ħuh Kevin Paul.

Flimkien mar-ritratt, Kurt kiteb poeżija ħelwa bl-Ingliż, li bil-Malti tgħid hekk:
“Meta jiġi biex nifirħu għall-Milied,
M’hemm ħadd iżjed ma min nippreferi nkun,
Kuġini u żijiet,
Ġenituri, aħwa u ħafna ikel!”

Fir-ritratt tidher ħafna l-għaqda ta’ din il-familja. Huwa importanti li l-għaqda nippruvaw inżommuha tul is-sena kollha u mhux waqt żmien il-festi biss…

Facebook/Kurt Calleja


Nicole Barbara