Ftit tas-sigħat ilu, il-preżentatur popolari Joseph Chetcuti kiteb fuq facebook li jinsab fi triqtu lejn il-Filippinni flimkien mal-cameraman tiegħu Bjorn. Tenna li jinsab eċitat għal din l-avventura li tmiss il-qalb fejn semma li ser iġibu lura magħhom filmat rikk ħafna mat-tfal Filippini li huma fil-bżonn.

Ritratt: Philippine Missions/ You Tube

Joseph Chetcuti qal li dawn it-tfal m'għandhomx il-materjal iżda għandhom it-tbissim tagħhom li jiżboq kull ħaġa oħra. It-tir li bih marru l-Filippini, Joseph flimkien ma' Bjorn huwa li jbidlulhom ħajjithom. Dan tistgħu ssegwuh fuq Arani Issa nhar ta' Sibt fuq ONE fit-20.30.

F'dan il-programm, bosta nies jiġu mgħejjuna fid-diversi bżonnijiet li jkunu meħtieġa. Joseph Chetcuti spiss ifakkar li Arani Issa mhux programm biex nitħassru iżda biex bil-pożittività u l-għaqda tal-poplu Malti u Għawdxi nuru l-imħabba lejn xulxin billi ngħinu lill-proxxmu tagħna li jistgħu jkunu familjari, ħbieb, jew kull persuna li jgħaddi minn żmien iebes.

Awguri Joseph. Prosit talli tgħin lil min hu fil-bżonn!

Ritratt: Facebook/ Joseph Chetcuti


Clifford Galea