Il-paġna ‘Ftit Minn Kollox’ spiss taqsam tagħlim interessanti u utli mas-segwaċi tagħha. Illum ġie miktub paragrafu dwar is-skiet, għaliex is-skiet jista’ jikkonsisti fi tweġiba fih innifsu.
Ġie miktub, “Xi kultant l-aħjar tweġiba li tista' tagħti lil xi ħadd hija billi tibqa' sieket. M'għandekx taħli enerġija biex tenfasizza punt, u tipprova tieħu r-raġun ma' min assolutament ma jridx jisma'. Meta xi ħadd konsistentement jinjora l-benessri tiegħek, ikun wasal iż-żmien li tagħti prijorità lill-ispazju u l-enerġija tiegħek.”
Importanti nipprijoritizzaw is-saħħa tagħna fuq li nippruvaw nieħdu raġun għaliex meta persuna ma tkunx trid taf, iżjed inbatu nippruvaw infehmuhom milli kieku nibqgħu fis-silenzju u nieħdu ħsieb tagħna nfusna.
Facebook / Ftit Minn Kollox