Il-Membru Parlamentari Claudette Buttigieg ilbieraħ għamlet ir-ritorn tagħha bħala preżentatriċi permezz tal-programm Persjani Mbexxqa. Claudette għamlet żmien twil tippreżenta fuq diversi stazzjonijiet lokali, fost l-aktar popolari żgur li nsemmu Sellili u l-Isfida.

Ilbieraħ għamlet ir-ritorn tagħha permezz tal-programm Persjani Mbexxqa fuq NET TV. Hi qasmet ritratt u kitbet, "Lura fuq it-TV wara 10 snin - minn hawn u ftit ieħor Persjani Mbexxqa fuq NET TV." Il-programm jitratta stejjer personali u soċjali li żgur ħafna ħa jieħdu gost isegwu u jiskopri iktar, hekk kif Claudette se tkun qed tlaqqa' lit-telespettaturi ma' diversi karattri interessanti.

Aħna f'isem Gwida.mt nawgurawlha għal dan ir-ritorn. Ninsabu konvinti li t-telespettaturi ħa jieħdu gost b'din l-aħbar. Wieħed jista' jidħol HAWN biex isegwi l-programm. 


Emil Calleja Bayliss