Jumejn ilu, fid-29 ta’ Lulju, l-Ewroparlamentari Malti Alex Agius Saliba ħabbar li sar missier għall-ewwel darba taċ-ċkejkna Amelia.

Fuq il-midja soċjali, Alex ħabbar li llum rritornaw lura d-dar qawwijin u sħaħ, din id-darba bħala familja ta’ tlieta! “Grazzi lill-istaff kollhu tad-Delivery Ward u OBS1 tal-paċenzja u l-imħabba li urew magħna u maż-żgħira tagħna matul dawn il-jumejn illi għaddew,” beda Alex.

“Grazzi lil Dr Karl Cutajar tal-paċenzja u d-dedikazzjoni illi wera magħna matul dawn l-aħħar disa’ xhur. Grazzi lill-familji tiegħi u ta’ Sarah tas-support u l-għajnuna. Grazzi lilkom illi matul dawn l-aħħar jumejn fraħtu magħna għat-twelid tal-prinċipessa tagħna.”

Awguri kbira lil din il-familja ġdida!

Facebook/Alex Agius Saliba


Nicole Barbara