Luke Dalli, wieħed mill-membri tal-programm Il-Kumitat illum jiċċelebra għeluq sninu. Luke jagħlaq 31 sena u kurjużi jekk illejla waqt il-programm dan il-programm aħniex se naraw liż-żewġ membri l-oħra tal-kumitat jaqbdu ftit ma' Luke! Għalkemm xorta mhux l-ixjaħ wieħed fosthom...

Ritratt: Facebook / Il-Kumitat

Il-programm ta' satirika fuq TVM fl-19:40 qed jinżel għasel mat-telespettaturi u l-karattru ta' dawn it-tliet personalitajiet flimkien ħadem. Il-battibekki ma' Ron inisslu tbissima u dak il-ftit gossip tieħu gost bih żgur! Min ma jħobbx ikun jaf fuq in-nies fl-aħħar mill-aħħar. Ngħiduha kif inhi jekk mhux fuq il-programm Il-Kumitat, ħa tisma' xi ħaġa meta tmur ġo xi ħanut jew tidħol fuq Gwida.mt! Mhux hekk!?

Ritratt: Facebook / Luke Dalli

Lura għal Luke... fis-sajf li għadda rajnieh jagħmel ir-ritorn tiegħu fuq il-palk, fejn ħa sehem Fil-Kbir Għadu Ġej, fil-parti ta' Il-Bum. Ma kinitx avventura ġdida fuq il-palk għalih, għax meta kien iżgħar deher kemm-il darba f'pantomimi u anke karattri tal-ispettaklu satiriku Bla Kondixin. Insomma mżewwaq b'ħafna talenti.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Luke l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Nawgurawlu mhux biss għal-lum imma wkoll għall-futur. Awguri u nittamaw li l-membri ta' kumitat jawgurawlek ukoll.

Facebook / Il-Kumitat


Emil Calleja Bayliss