Fuq intervista li kellu minn Owen Bonnici fuq il-programm Prime Time, il-kantant Luke Chappell żvela xi affarijiet li żgur ma konniex nafu bihom qabel.

Waħda minnhom hi li apparti l-kant, hu jinteressa ruħu ħafna fil-futbol. Tant hu hekk, li darba minnhom meta kien żgħir spiċċa kisser vażun bil-ballun waqt li kien qed jilgħab ma’ ħuħ il-kbir.

Apparti min hekk, kixef ukoll li għandu fobja mill-brimb. “Mhux xi biża kbira, eżempju jekk ikun hemm waħda żgħira fuq xi mejda mhux se niddejjaq. Jekk tkun kbira mbagħad eħe.”

Inżommuha f’moħħna din għal xi prank tal-April Fools, x’taħsbu?

Facebook/Luke Chappell Official


Nicole Barbara