Il-kantant minn X Factor Malta, Luke Chappell, għadu kif nieda l-ewwel kanzunetta tiegħu minn wara l-programm, bl-isem ta' Head In The Clouds flimkien ma’ vidjow mużikali.

Fil-maġġoranza tal-vidjow, lil Luke narawh ġewwa karozza wieqfa u fiżikament fi stat ħażin. Id-direzzjoni artistika kienet f’idejn Steven Levi Vella, li dderiġa vidjows mużikali riċenti ma’ Ira Losco u kien ukoll parti mit-tim artistiku ta’ Christabelle u Taboo. Il-kanzunetta ġiet miktuba minn Luke stess, u pproduċuta minn Peter Borg.

Luke Chappell ilbieraħ u llum ta żewġ kunċerti intimi fejn fihom kanta l-kanzunetta għall-ewwel darba fil-pubbliku.

Luke mal-ewwel ġibed is-simpatija tal-udjenza wara li l-audition tiegħu f’X Factor splodiet mal-midja soċjali. Hu bl-eżatt m’għamiliex għall-finali ta’ X Factor Malta hekk kif kien spiċċa fil-ħames post.

Għal min qagħad attent, fil-bidu tal-vidjow mużikali telgħet il-grafika Chapter 1. Din tagħti x’tifhem li għandna nistennew ħafna aktar materjal minn dan il-kantant.


Luke Borg