Luke Azzopardi huwa disinjatur lokali b’talent kbir. Bħalissa jinsab Londra u għadu kemm nieda kollezzjoni ġdida!

Luke Azzopardi għadu kemm nieda d-disa’ kollezzjoni tiegħu, bl-isem ta’ ‘Nocturnal Artefacts’. Din il-libsa li liebsa din il-mudella hija waħda mill-ilbiesi mill-isbaħ li ddisinja Luke f’din il-kollezzjoni! Xi ġmiel hux!

View this post on Instagram

A post shared by Luke Azzopardi (@lukeazzopartyallthetime) on

Luke Azzopardi ma nediex din il-kollezzjoni hawn Malta, iżda ġewwa Londra! Kellu xow għalih fil-Fashion Week ta’ Londra! X’opportunità unika! Mingħajr dubju, it-talent tal-iddisinjar ta’ Luke huwa wieħed eċċezzjonali. Rajna diversi lbiesi ddisinjati minn Luke, li ġew milbusa minn bosta personalitajiet. Ma nistgħu ngħidu xejn ħlief xogħol fenomenali!

View this post on Instagram

A post shared by Luke Azzopardi (@lukeazzopartyallthetime) on

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil Luke Azzopardi għal din id-disa' kollezzjoni tiegħu. Apparti hekk, nixtiequ nawgurawlu għal aktar suċċessi fil-futur!

Instagram / @lukeazzopardiallthetime


Yasmin Camilleri