Il-kantant Ludwig Galea llum spiċċa biż-żebgħa tad-dwiefer, b’kull subgħa kkulurit differenti mill-ieħor. Imma għaliex ġralu hekk eżatti? Hija storja ħelwa ta’ bejn missier u bint. Ara x’ġara!

“Kristina: Papà nista'nagħmel nail polish fuq idek?
Jien: Le, għax in-nail polish huwa għall-bniet.
Kristina: Ok papa għamilha taparsi int tifla.”

“Ma nistax ngħid le lil prinċipessa tiegħi,” żvela Ludwig fuq il-midja soċjali filwaqt li wera d-dwiefer miżbugħin.

Kellu bżonn hawn aktar missirijiet bħal Ludwig! Mumenti ħelwin bħal dawn ma tinsihom qatt.


Nicole Barbara