Il-kantant lokali Ludwig Galea għamel talba li żgur li ħafna ħa jaqblu magħha! Talba sabiex fuq l-istazzjon nazzjonali nerġgħu naraw uħud mill-aqwa sensiliet u programmi li għaddejna tant u tant ħin naraw numru ta' snin ilu.

Lid-Diripenti Tal-PBS, tkun ħaġa sabiħa li f’dan iż-żmien fejn kulħadd qiegħed miġbur f’daru immorru vjaġġ lura fil-passat u nqanqlu tifkiriet ta’ drammi li kienu jintwerew fis-snin l-imgħoddija. Drammi li saħansitra nies tal-ġenerazzjoni tiegħi qatt ma rnexxielhom jaraw bħal Baħar Wieħed, Wenzu u Rożi, Fredu l-Fra, Kristu Fl-Iżbarra, Aħna Aħna jew m’aħniex, Stejjer tar-Ronnie, Triq Wahda."

Ludwig kompla saiex iħeġġeġ lil ħbieb tiegħu jixxerjaw dan il-post għax jemmen, "tkun ħaġa sabiħa li l-PBS iwasslilna tant materjal rikk li għandu fl-arkivju tiegħu." Ngħiduha kif inhi, Ludiwg ħareġ b'idea eċċelenti hemm ħafna programmi li kienu tant maħbuba mill-Maltin u ċertament li jekk jintwerew fuq it-televiżjoni ħa jinżlu għasel ma' dawk miġburin ġewwa djarhom f'dan iż-żmien.

Facebook / Ludwig Galea


Emil Calleja Bayliss