Il-kantant Ludwig Galea dalgħodu jinsab fi triqtu lejn Ruma fejn ħa jiġi inawgurat il-Presepju Malti li jkun esebit fil-qalba ta' San Paolo Fuori Le Mura. Illejla Ludwig ħa jkun qed jingħaqad mal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija fejn ħa jkunu qed jagħtu s-sehem tagħhom waqt kunċert sagru.
Ritratt: Facebook / Ludwig Galea
Kunċert tal-Milied fil-Bażilika prestiġġjuża Sant'Andrea Delle Valle. Ludwig irringrazzja lil Banda Sant'Andrija li huma responsabbli għal dan l-avveniment prestiġġjuż. Aħna ċerti li l-kontinġent Malti ħa jkun qed jaqta' figura mill-aqwa ġewwa l-Belt tal-Papa. Fejn l-atmosfera tal-Milied, ċertament tkun waħda unika.
Facebook / Ludwig Galea