Il-paġna uffiċjali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ħabbret li Louise Tedesco se tkun qed tingħaqad ma' Valerie Vella, Eileen Montesin, u Christine Haber biex tippreżenta s-serata finali tal-konkors. Dan huwa fil-fatt ir-ritorn wara ħafna żmien għal Louise bħala preżentatriċi.
Il-paġna tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tikteb, "Nintroduċu l-aħħar preżentatriċi, Louise Tedesco se tkun qed tippreżenta l-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena."
Lil Louise kemm-il darba rajnieha tippreżenta l-Konkors Kanzunetta Indipendenza stess, apparti l-programmi televiżivi li kellha matul is-snin.
Awguri mill-qalb Louise! Ċertament li ħafna segwaċi ħerqana biex jerġgħu jarawk fuq il-palk tal-KKI!
Facebook/ Konkors Kanzunetta Indipendenza