Il-kantant lokali Tristan, kmieni din is-sena rritorna b’saħħa fix-xena lokali permezz tal-kanzunetta Missing You, kanzunetta li fetħitlu tant opportunitajiet u grazzi għalija rajnieh f’diversi programmi, spettakli u intervisti lokali.

Wara l-kanzunetta bl-Ingliż, Tristan ħaseb li wasal iż-żmien li jniedi kanzunetta bil-Malti, kanzunetta li għandha lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, b’kompożizzjoni u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar minn Somnio Studios. B’kuntrast lejn il-kanzunetta Missing You, lil Tristan din id-darba se narawh bi stil differenti.

Dan għaliex il-kanzunetta hija waħda movimentata, bi ħsejjes li għandhom influenza mill-mużika Latina, iżda ċertament li se jappellaw għal dawk kollha li se jisimgħu din il-kanzunetta mexxejja.

Kanzunetta li l-lirika tagħha titratta storja ta' mħabba li marret ħażin u r- relazzjoni spiċċat sfaxxat. Iżda qabel din sfaxxat, ir-relazzjoni titqabbel ma’ logħba. Logħba fejn daqqa persuna jkun minn fuq u daqqa jkun minn taħt.

M’għandniex xi ngħidu, l-imħabba m'għandha qatt tkun logħba għax qatt m’għandek tilgħab bl-emozzjonijiet ta' dak li jkun. Sfortunatament fil-ħajja, huma ħafna li jiltaqgħu ma' dawn is-sitwazzjonijiet, minnhom tikber u titgħallem timxi 'l quddiem.

Jekk qatt terġa' tiltaqa' magħhom tkun taf kif għandek taffaċċjahom għax l- esperjenza tgħallmek. Il-kanzunetta LOGĦBA titkellem proprju dwar dan. Hu nieda l-kanzunetta proprju waqt il-programm Għaddi S'Hawn li għandu preżentazzjoni ta' Antonella Vassallo, wieħed jista' jara din it-tnedija billi jidħol HAWN.

Il-kanzunetta għandha tkun disponibbli fuq il-mezzi diġitali kollha fil-jiem li ġejjin. 


Gwida.mt