Il-Prim Ministru ħabba li l-avvenimenti tal-massa fil-Karnival mhux se jkunu qed iseħħu kemm f’Malta u kemm f'Għawdex, u r-ristoranti se jagħlqu fil-23:00. Filwaqt li bars, snack bars u każini se jibqgħu magħluqa sal-aħħar ta' Frar.

Fid-dawl tal-weekend tal-Karnival, il-passiġġieri kollha li jitilgħu Għawdex bejn il-11 u s-17 ta’ Frar se tieħdilhom it-temperatura tagħhom, u qed jintalbu li jibqgħu ġewwa l-karozzi tagħhom waqt li jkunu fuq il-vapur waqt li dawk li jitilgħu bla vettura il-maskra trid tintlibes il-ħin kollu.

F'Għawdex il-pulizija se jkunu qed jagħmlu ronda u spezzjonijiet speċjali f'diversi postijiet popolari mat-turisti f'Għawdex. L-akkomodazzjonijiet madwar il-gżejjer ħa jiġu ċċekkjati biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm iktar nies milli kemm hemm sodod.

Il-Prim Ministru talab għal responsabbiltà kontinwa mill-familji flimkien ma' "aktar sagrifiċċji" minn sidien ta' negozji biex jgħinu fil-ġlieda kontra t-tixrid ta' dan il-virus.


Emil Calleja Bayliss