Lara Calleja, kittieba li għadha kif rebħet il-Premju l-premju bħala l-aħjar awtura emerġenti tas-sena 2020, spiss issib lilha konxja dwar il-fatt li l-ħajja mgħaġġla qed itellifna milli napprezzaw ħafna u ħafna inqas mill-ħajja. Reazzjoni ta’ dan spiss issib lilha nnifisha tħawwel xi xtieli jew taħdem f’xi għalqa ta’ xi ħabib. Riċentament marret tqatta’ ġurnata f’razzett ta’ ħabib tagħha, u tagħżel li taqsam magħna x’effett ħalliet din l-esperjenza fuqha.

 “Buzz kbir, qattajna l-isbaħ sagħtejn fejn ħallejna n-nagħaġ jirgħu. Hemm element fejn qed tapprezza r-rittmu naturali ta' kollox. Anka li per eż tinnota u tagħti kas affarijiet li qabel ma kontx tagħti  kashom bħal, xinhu t-temp, kif inhi s-sema, x'direzzjoni għandu r-riħ. Tapprezza kull pass żgħir tal-ħajja u l-ħxejjex u l-annimali li jiddependu minn ċikli differenti. Razzett itik lura dak is-sens ta' bilanċ ta' xogħol iebes li trid toqgħod il-ħin kollu miegħu, imma li tant u tant itik lura. Bil-kuntrast ma' xogħlijiet oħra bħal per eż f'uffiċċju, fejn dejjem tħossok qed tagħti u tagħti, u dik l-enerġija tiġi tradotta biss lura fi flus - li għalkemm importanti, ma jsarrfu qas terz tal-kuntentizza.

Sfortunatament l-għelieqi qed isiru post fejn in-nies qed jixtru biex ikollhom spazji miftuħa fejn jiġru u jimirħu, u mhux prinċiparjament għall-biedja. Il-biedja għandha tiġi stamata ħafna iktar minn hekk, u nies minn naħa l-oħra, għandhom ikollhom spazju miftuħa li huma pubbliċi u li huma iktar b'abbaundanza, u ħafna iktar aċċessibbli għal kulħadd.

Dan il-bilanċ huwa kruċjali għal-bilanċ ta' saħħa fiżika u anka mentali. L-ansjeta u d-dipressjoni li ħakmet id-dinja żviluppata ta' dan is-seklu, nemmen li huwa frott anka ta' dawn l-affarijiet kollha li qed nsemmu. Nemmen ukoll li lit-tfal għandna bżonn ngħallmuhom iħammġu jdejhom mal-għelieqi u mal-art, u mhux mal-kotba biss.

F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lil Lara Calleja tal-ħin li tatna sabiex taqsam din l-esperjenza unika magħna.

a

Lara Calleja


Rowena Calleja