Illum jaħbat għeluq snin, omm Alana Bondin u f'dan il-jum speċjali hi kitbitilha messaġġ tassew ħelu fuq il-mezzi soċjali.
Hi tibda billi tgħidilha, "Happy Birthdayyyy Flowerrrrrr !!!! Lin-numru wieħed tiegħi, l-iktar persuna li nċempel, l-iktar persuna li tieħu ħsiebi u l-iktar li nargumenta magħha. Għeluq sninek Mummmyyy jiġi u jmur imma d-doża ta' mħabba ta' kuljum tibqa' hemm. Grazzi talli kont il-blata tagħna u talli ffaċċjat il-ħajja bl-aħjar mod possibbli."
Bl-aktar mod onest Alana tkompli tgħidilha, "Iva naf li nargumentaw u ndumu 10 minuti, imma dak ghax basses it-tnejn!! L-imħabba tiegħek tiddi u nirringrazzjak talli dejjem appoġġjajt l-ideat mill-aktar strambi tiegħu! Int tfisser iktar mid-dinja għalija!"
Alana tkompli tgħidilha grazzi li hija omm tal-ġenn u l-aqwa nanna possibbli għan-neputija ċkejkna tagħha. tagħlaq bil-kliem, "inħobbok ma". Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil omm Alana l-isbaħ xewqat f'dan il-jum u nittamaw li jkollha dak kollu li tixtieq qalbha.