Ryan jiżvela li Tony jibża' meta jkun hemm Liliana miegħu. Wieħed jibda jaħseb għaliex dan kollu? Liliana tgħid: "Jagħmilli priedka, qabel ma niġi l-priedka tal-Milied kollha nismagħha... ara xi tgħid, tpaċpatx fil-vojt, żomm ħalqek magħluq, oqgħod sew... "

Tony jfakkar lil Liliana li l-programm qed jidher madwar id-dinja kollha u b'hekk jgħidilha dan, minkejja dan Liliana tgħidlu: "jarawni bħala mara normali". Liliana tistaqsi: "X'jippreferixxu n-nies li nuri wiċċ b'ieħor jew li nogħġob lil kulħadd? Lil Tony ma nogħġbu qatt!"

Segwu l-intervista ta' Tony u Liliana, mhux ta' b'xejn dawn it-tnejn qeghdin fix-xena tal-ispettaklu għax verament jallegraw lil kull min ikun qed isegwi. 

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss