Ivana Spagna hija ikona fix-xena mużikali Taljana, bid-diski tagħha ‘Gente come noi’, ‘E lo penso a te’ u ‘Easy lady’ fost oħrajn ituha dan it-titlu.

F’intervista fuq it-televiżjoni Taljana, Ivana Spagna li issa għandha mas-70 sena qalet kif il-qattusa tagħha, hekk kif wara li mietet ommha kienet għaddejja minn żmien diffiċli mmens, u kienet ser tneħħi ħajjitha b’idejha. Meta kienet ser tagħmel dan, il-qattusa ġiet tnewwah ħdejha, u Ivana ħadithu bħala sinjal li għandha tkompli b’ħajjitha.

Ivana kompliet il-konversazzjoni li billi wieħed itemm ħajtu, ikun qiegħed jitfa’ d-dulur tiegħu fuq ħaddiehor, u mhux ineħħuħ kompletament.

larepubblica.it


Nicole Zammit