Chrizaya Attard, tifla Maltija li tidher li tħobb il-moda mhux ftit. Mhux talli li minn ċkunitha tħobb il-moda, talli diġà timmudella! Chizaya diġà kienet involuta f’diversi xows relatati mal-moda. Din it-tifla ċkejkna mmudellat għal diversi disinjaturi lokali u anke għal stilisti tax-xagħar. Saħansitra fl-2018 kienet ir-rebbieħa tax-xow lokali Gaffiero Stars!

Jekk immorru ftit tas-snin lura, il-mudella Thylane Blondeau saret famuża għad-dehra tant sabiħa tagħha minn meta kien għad kellha sitt snin biss! Din id-dehra tant sabiħa u dawk l-għajnejn żoroq ħajruha tidħol fid-dinja tal-immedellar. Fil-fatt għadha mudella sal-lum il-ġurnata u timmudella għal kumpaniji ta’ ditti rinomati bħal Ralph Lauren, Lacoste, Dolce & Gabbana u Chanel.

Gwida.mt xebbhet ħafna lil Chrizaya Attard proprju mal-mudella Tylane Blondeau! Bħal Blondeau għandha par għajnejn żoroq u xagħar qastni. Dawn huma l-istess fattizzi li Thylane saret famuża għalihom meta kienet żgħira! Min jaf! Forsi din it-tifla Maltija għad tkun mudella internazzjonali!

@ Chrizaya Attard  @ Korean Drama the Master's Sun II


Yasmin Camilleri