Ix-xandar Keith Demicoli żgur li hu wiċċ sinonimu mal-aħbarijiet u l-ispettakli ta' xandir Malta. Informazzjoni li waslet lit-tim tagħna jidher li fl-aħħar sigħat, il-ġurnalist maħbub għaddha r-riżenja tiegħu għax ħass li wasal iż-żmien li jibda avventura oħra fil-karriera tiegħu.

Tul dawn l-aħħar 14-il sena rajna lil Keith bħala wieħed mill-uċuh prinċipali ta' TVM, dejjem bl-aħħar stejjer u bil-mod serju iżda kawt wassal kull tip ta' aħbar. Jidher li l-aħħar darba li ħa naraw lil Keith jaqra l-aħbarijiet ħa tkun lejn l-aħħar ta' April! 

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Keith fil-pass li jmiss tal-karriera tiegħu. Ninsabu ċerti li ħa jkun ta' suċċess bħal ma dejjem kien fl-aħħar snin.

Facebook / Keith Demicoli


Emil Calleja Bayliss