Wara ħafna emozzjonijiet differenti waqt l-episodju tal-bieraħ ta' Love Island Malta, wasalna għall-mument fejn il-parteċipanti kellhom jinġabru madwar il-firepit, u jsiru min hi l-koppja favorita tal-pubbliku. Qabel dan, kellna tliet koppji li ġabu  l-inqas votim bir-riskju li jispiċċaw iħallu l-villa.

Il-parteċipanti li huma siguri għandhom għażla diffiċli x'jagħmlu hekk kif iridu jsalvaw lil koppja minnhom. Waqt l-episodju tal-bieraħ rajna x'ivvutaw 7 miill-parteċipanti, u issa jonqos il-vot ta' Clinton. Miriam u Selwyn s'issa ġew salvati minn 3 persuni,filwaqt li Ed u Kyana, Josh u Marie, ġew salvati minn 2. 

X'se jagħżel Clinton illejla, u min ser iħalli l-villa? Ħa jiġu bżonnu r-riżultat tal-pubbliku għall-għażla finali?


Kyle Zarb