Dr. Georgiana Farrugia Bonnici xeħtet grafika fuq il-paġna tagħha ×Be Holistically Healthy, MD× , li turi biċ-ċar liema huma l-postijiet fejn kapaċi tiġi nfettat l-aktar bil-Covid-19.

Minn din il-grafika naraw li fost l-inqas riskjużi hemm il-vapur biex tmur Għawdex, meta tmur il-monti jew f'xi mużewijiet tal-arti ngħidiu aħna. Ir-riskju jkun għoli meta żżur persuni d-djar tagħhom speċjalment vulnerabbli, gymnasiums, barijiet jew issiefer. 

Sintendi kull fejn tkun anke fejn immarkat bl-aħdar, inti għandek tilbes il-maskra kif suppost. Dan ir-ritratt t'hawn taħt jurik mod perikoluż li bih mhux qed tgħin biex tevita l-Covid-19. Meta tkun tiekol jew ikollok bżonn tneħħi l-maskra (fejn mhux perikoluż) m'għandek qatt tniżżilha taħt geddumek, għax hemm tkun esposta li tiġi nfettata bil-mikrobi li jkun inġabar.


Kyle Zarb