Ġewwa pajjiżna, is-sena li għaddiet twieldu xejn inqas minn 4,164 tarbija. 2,123 kienu subien filwaqt li 2,040 kienu bniet. Kważi nofs bin-nofs. Minn dawn it-trabi kollha, kien hemm tarbija waħda biss li ġiet irreġistrata b'ġeneru newtrali.

L-iktar ħames ismijiet popolari tas-subien kienu dawn:

  • Noah
  • Jake
  • Matteo
  • Luca
  • Adam

L-iktar ħames ismijiet popolari tal-bniet kienu dawn:

  • Valentina
  • Ella
  • Emma
  • Mia
  • Emily

Grazzi għall-fatt li saru emendi fil-liġi li wieħed jista' jsemmi t-trabi b'tipa Maltija, l-aktar żewġ ismijiet Maltin popolari kienu Ġużè u Ġanni għas-subien, filwaqt li għall-bniet kienu Eliża u Luċija.


Emil Calleja Bayliss