Skont il-figuri rilaxxati min-‘National Statistics Office’, l-iktar lokalità li fiha jsiru l-aktar inċidenti tat-traffiku hi Birkirkara. Din il-lokalità kellha l-aktar rata għolja ta’ inċidenti tat-traffiku b’1,029 każ fis-sena 2020 biss!

Wara Birkirkara hemm Ħal Qormi li kellu 643 każ u n-Naxxar b’547 każ. L-iktar parti minn Malta li fiha saru inċidenti tat-traffiku kien fit-Tramuntana tal-pajjiż. Madanakollu din il-parti rat nuqqas kbir ta’ inċidenti matul is-sena li għaddiet. L-inqas inċidenti li saru kienu f’Għawdex u Kemmuna.

Matul is-sena 2020 kien hemm tnax-il fatalità kkawżati minn inċidenti tat-traffiku fejn il-maġġoranza tagħhom kienu sewwieqa.


Shanice Ahar