Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, fil-Parlament żvela liem kien dak il-vaċċin li ntuża l-aktar f’Malta u d-dettalji dwar l-etajiet differenti li tlaqqmu.

Il-vaċċin ta’ Pfizer huwa l-iktar wieħed li ntuża mill-vaċċini l-oħra. Sal-Bidu ta’ Mejju, b’kollox ingħataw iktar minn 221,000 doża. 41,370 doża ingħataw lil dawk il-persuni li għandhom aktar minn 80 sena. 66,286 doża Pfizer ingħataw lil dawk li għandhom bejn is-70 u d-79 sena u 66,286 lill-persuni ta’ bejn is-60 u d-69 sena. Dożi ta’ Pfizer lill-etajiet oħra ngħataw mal-84,921 tilqima.

Fearne tagħna wkoll l-informazzjoni dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca, fejn minn dan il-vaċċin ingħataw kważi 100,000 doża.


Henzley  Bezzina