Tiġbed l-attenzjoni u fiha pompożità spettakolari. Din hija l-libsa tal-Milied li għamel l-istilista Henry Vassallo s-sena li għaddiet għaż-żmien tal-festi tal-Milied.
Minn Gwida.mt kellimna lil Henry u qalilna li din għamilha minn weraq niexef li ġew sprejjati b’lewn dehbi. Żied ukoll ħaxix tal-Milied u nbniet fuq ‘chicken wire’ li nkesa bi drapp kollu antaċjoli. Din il-libsa tixgħel ukoll!!!
Henry Vassallo jagħmel ukoll ‘headdresses’ għall-mudelli ta’ Miss Malta. Prosit tassew lil Henry għall-istil tiegħu fejn daħħal l-istil Barokk li għadu tant maħbub fostna. Dan huwa stil li ħoloq rivoluzzjoni sħiħa f’kull qasam u li beda fis-seklu 17.
Tgħid ser naraw xi ħaġa oħra mingħand Henry din is-sena?
Ritratti: Facebook/Henry Vassallo