Terence Abela rebaħ konkors tas-sbuħija imtella’ minn Ivan Gaffiero, u ingħata t-titlu ta’ Mr Malta aktar kmieni dax-xahar.
Ilbieraħ Terence qatta’ l-ġurnata tiegħu ġewwa d-dar tal-anzjani l-Imperial Tas-Sliema, fejn ir-residenti xiddu kostumi tradizzjonali Maltin, u semgħu xi ftit mużika ukoll. Huwa kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ ma’ Terry L Bencini, “waħda mil-ewwel preżentaturi Nazzjonali”. Terry kienet parti mit-tim ta’ Radju Muskettieri għal 14-il sena fuq ir-Reddifusion bejn l-1948 u s-70s.
“Li-tkun mudell sabiħ, imma li tkun taf tmur ma’ kulħadd hija l-aktar ħaga importanti” kiteb Ivan Gaffiero fuq il-paġna uffiċjali ta’ Mr Malta