Cliff Zammit Stevens temma l-programm ‘Couch to 5K’. Riżultat importanti fil-vjaġġ tiegħu dwar is-saħħa. Huwa jirrifletti dwar l-isfidi tiegħu mal-piż u l-ikel, speċjalment wara t-telfa ta’ ommu. Jenfasizza l-effetti tal-kummenti ħżiena mingħand in-nies speċjalment min kien jgħajru “it-tifel l-oħxon”.
F’messaġġ twil ta' isspirazzjoni, jgħid, “Li Tkun Irqiq Jew Oħxon Ma Tiddefinixxikx..Il-Ferħ Veru Ġej Billi Tieħu Ħsieb Tiegħek Innifsek”. Cliff jistqarr li minn meta beda jiekol Ozempic taħt is-superviżjoni medika, huwa esperjenza bidliet sinifikanti fil-ħajja tiegħu.
Il-vjaġġ ta’ Cliff kompla, u jippromwovi lill-oħrajn biex jaċċettaw lilhom infushom u ma jħossuhomx imbarazzanti. Is-sitwazzjoni tiegħu tagħti eżempju lil kulħadd u l-messaġġ imwassal huwa essenzjali għal kull min qed jaffaċċja sfidi simili.
Facebook / Cliff Zammit Stevens