Tamara Webb qasmet filmat ħelu immens li turi r-relazzjoni mill-isbaħ ta' omm u bint li hemm bejnha u bejn Pixie! F'din il-post Tamara titkellem dwar ir-realta ta' meta tkun ġenitur, realta xejn faċli iżda li ġġib ferħ u sodisfazzjon kbir.

Tamara tikteb li l-irwol ta' ġenitur fih l-isfidi tiegħu, iżda jibqgħu mumenti mill-isbaħ u prezzjużi li tqatta' ma' uliedek. "Li tkun ġenitur bla dubju mhux kollox ward u zahar. Tista' tkun diffiċli ħafna, ħafna... Mill-banda l-oħra huma verament barka dawn iż-żminijiet."

Tkompli tikteb li, "Binti tfakkarni biex inżomm pożittiva, u ma niħux il-ħajja b'tant serjetà. Hija tfakkarni biex napprezza l-ferħ pur, u nara l-aħjar fin-nies..." Fil-filmat jidher mument ħelu fejn Tamara u bintha Pixie qed igawdu l-kumpanija prezzjuża ta' xulxin.  

Xi ħlew ta' filmat!


Kyle Zarb