Dawk li jsegwu x-xena lokali, Yulan Law forsi kien isem familjari iżda l-ewwel opportunità li ġietha fuq skala nazzjonali, Yulan qatgħet figura mill-aqwa! Figura li ħalliet impressjoni fuq kull min segwa Malta's Got Talent! Aħna ta' Gwida.mt kellna ċ-ċans li nitkellmu maċ-ċkejkna dwar din l-esperjenza u dawk li hemm lest għas-sena 2021!

X’kienet l-aqwa ħaġa li ġratlek tul is-sena 2020 u x’qed tistenna mis-sena 2021?

Fis-sena 2020 kelli żewġ avvenimenti li verament ħadt gost li kont parti minnhom. L-ewwel avveniment kien li kont waħda mill-finalisti tal- Malta Junior Eurovision, fejn ħadt sehem permezz ta dwett ma Gianluca Cilia, ħabib tal-qalb tiegħi. Għalhekk din kienet esperjenza unika.

It-tieni avveniment kien ovjament dak l-aktar riċenti fejn kont waħda mill-finalisti ta’ Malta’s Got Talent. Għas-sena 2021 ser nibda billi namel xi eżamijiet tal-pjanu, billi dawn ma setawx isitu minħabba r-restrizzjonijiet tal-covid. Nixtieq li naħdem fuq xi materjal ġdid u forsi anke music videos u min jaf.. forsi tinqala xi opportunita oħra li għadni ma pjanajtx għaliha.

Kif tiddeskrivi l-esperjenza fuq Malta’s Got Talent? Taħseb li kienet għażla tajba li varjajt l-għażla tal-kanzunetti tiegħek tul is-sensiela? Liem kienet l-iktar performance għal qalbek?

Kienet esperjenza unika kemm għax kienet l-ewwel edizzjoni ġewwa Malta u nħoss li minħabba r-restrizzjonijiet tal-covid kienet donnha aktar personaliżżata. It-tim kollu ta’ MGT wisq ħadu ħsiebi u dejjem sibt support.

Rigward kanzunetti, jien naħseb li mportanti li tvarja l-kanzunetti għax turi kapaċitajiet differenti kif ukoll differenza fil-karattru. L-aktar diska li ħadt gost nagħmel kienet ‘This is Me’ li preżentajt fil-finali. L-atmosfera fuq il-palk, żeffiena b’Talent kbir u diska li vokalment kienet l-aktar ta’ sfida.

Kien hemm xi ħaġa li tista’ tgħid is-sena 2020 għallmitek li ħa ġġorrha miegħek tul is-snin?

Li qatt m’għandek taqta’ qalbek u trid tkompli toħlom u tistinka biex dak il-ħolm isir realta. Jien qatt ma kont nobsor li se jiġu dawn l-opportunitajiet lilhi, imma issa naf li jekk ma taqtax qalbek xi darba tirnexxi.

Li tirnexxi ma jfissirx li tirbaħ jew tieħu premju imma li tkun kuntenta li għamilt il-massimu tiegħek u tiġi apprezzata. Dak li titgħallem minn l-esperjenzi ma jeħodulek ħadd.

 Kien hemm xi ħaġa li tista’ tgħid is-sena 2020 għallmitek li ħa ġġorrha miegħek tul is-snin?

Li nista’ ngħid hu li żgur li l-esperjenzi tiegħi mhux se jieqfu hawn. Il-mużika hi parti kbira minn ħajti, parti li ma nimmaġinanix ngħix minajrha. Kull ċans li se jiġi biex inkabbar l-esperjenzi tiegħi se nieħdu. Nixtieq ħafna li nerġa nieħu sehem f’xi kompetizzjoni barra minn Malta u namel isem tajjeb lil pajjiżi.

Yulan tagħlaq b'messaġġ ta' ringrazzjament fejn tgħidilna, "Nirringrazzja lil kull min emmen fija u tani s-support tiegħu kemm bħala voti, għajnuna biex inkun preparata sew u anke għajnuna oħra bħal props u lbies."

Hi tkompli tgħid, "Dan jgħodd ukoll għal min kiteb u kkomponieli diski din is-sena kif ukoll l-għalliema impekkabbli tiegħi, Glen Vella u Nadia Vella, li dejjem kienu ta’ spalla għalija. Qatt ma bsart li se jkolli daqshekk nies li verament jemmnu fija u żgur li dan mhux se ninsieh."


Emil Calleja Bayliss