Mary Jane Cutajar, li bħalissa qed tissielet għal saħħitha wara li ġiet infettat bil-Covid-19, tħalli diversi ħsibijiet, appelli u opinjonijiet rigward din l-imxija.
Ftit ilu kkummentat dwar it-tilqim kontra l-virus għat-tfal, u ta' dan ġiet mgħajjra bl-iktar mod offensiv. Il-paġna Malta News Photos and People xerrdu dak li qalet hi rigward it-tgħajjir li rċeviet.
"Mela lbieraħ kien hemm post fuq l-injections tat-tfal u jien ktibt li uliedna taqqabnihom tant injections u qatt ma kellna garanzija, la indirizajt lil Ċikku u lanqas lill-poplu. Mela raġel lanqas nafu minn Adam, li dan jgħid li l-Covid-19 ma jeżistix u kontra t-tilqima, u dan affarieh. Pero skużani, li tgħajjarni injoranta u jalla nimirdu ħalli nkunu nafu, tal-biża'."
Mary Jane tinsab imweġġa' wkoll għall-fatt li kien hemm nies li anke wrew approvazzjoni għal dak li qal u t-tgħajjir offensiv li qalilha. "U mhux talli hekk jagħmlulu like. Lanqas jafu min xiex tgħaddi... infern." Solidarjetà ma' Mary Jane, u nappellaw għal iktar rispett u ħsieb f'dak li ngħidu u niktbu fuq midja soċjali!