Johan wiċċ li aktar ma jmur qed isir popolari u s-segwaċi tiegħu dejjem jiżdiedu fin-numru! Hu tkellem dwar dak li qed jara għaddej fuq il-midja soċjali rigward l-X Factor! "Tassew niddejaq b'din id-drama li għaddejja rigward l-X Factor għax fin-nofs hemm il-karriera ta' artist żagħżugħ. Minkejja li dan l-ispettaklu għandu jġib ferħ u motivazzjoni kull ma nara huwa kummenti ta' mibegħda u negattività fuq il-midja soċjali."

Punt kruċjali li jqajjem Johan hu li dawn il-messaġġi qed jinqraw mill-ġenerazzjoni żagħżugħa li żgur li hi ħasra kbira! Fil-fatt naqblu mal-punt li jqajjem Johan! Grazielle Camillieri Alghren kellha messaġġ pożittiv ukoll x'taqsam ma' dak li kiteb Johan! Kieku flok naqsmu l-mibegħda imma ngħinu mqar persuna waħda nkunu rebbieħa tal-altruwiżmu!

Johan jagħmel appell mill-qalb lil kull artist hemm barra, "jekk jogħġbok li tagħmel, tagħmlux għal fama, għal flus. Agħmlu għall-imġabba ta' li tħobb tagħmel l-aktar." Hu jagħlaq bil-messaġġ, "Kun kuntent tagħmel dak li tħobb minflok ma tkun imdejjaq tipprova togħġob lil kulħadd!"


Emil Calleja Bayliss