Health Promotion and Disease Prevention Directorate tefgħu fuq il-paġna uffiċjali x'jiġri tul il-perjodu tal-inkubazzjoni tal-Covid-19.
Wieħed għandu jżomm f'moħħu li meta jħoss is-sintomi jew ikun espost għall-Covid-19 wara li jkun viċin ta' xi ħadd pożittiv, m'għandux jaġixxi qisu xejn mhu xejn. Wara li tagħmel it-test u tiġi negattiv int għandek xorta waħda tkun kawt u ma titħallatx kif ġie ġie. Jekk taf li kont viċin ta' xi ħadd li huwa pożittiv għandek tibqa' attent li ma titrasmettix l-virus.
"Jista' jieħu sa 14-il ġurnata biex timrad bil-Covid-19". HPDPD fuq il-paġna xeħtu każ fittizju ta' persuna li kienet esposta għall-Covid-19 waqt ix-xogħol, kellha tagħmel il-kwarantina u ġiet negattiv wara li għamlet it-test. Il-ġuvni li sippost kien qiegħed kwarantina wara li ġie negattiv stieden lil ħabibtu d-dar tiegħu mingħajr ma ta ċans il-perjodu tal-inkubazzjoni jgħaddi. Ħabibtu ġiet infettata bil-Covid-19 mingħand Mark mingħajr ma taf.
Importanti l insegwu dawn l-avviżi.