Il-kantant tenur JoIħseph Calleja xtaq jappella għal aktar konsiderazzjoni u attenzjoni fuq is-saħħa mentali tal-istudenti li qed jippreparaw għal sena skolastika oħra. Il-pandemija għadha ma telqitx u jaf tibqa', għaldaqstant għad hemm diversi restrizzjonijiet u miżuri li għadhom japplikaw, bħall-ilbies tal-maskra.
Joseph xtaq jgħaddi l-messaġġ li ċertu restrizzjonijiet jekk ħa jibqgħu fis-seħħ għat-tfal fl-iskejjel, ser jirrovinawlhom aktar l-esperjenza skolastika tagħhom u jaffettwalhom l-iżvilup. Skont it-tenur dawn ir-restrizzjonijiet mhumiex jagħmlu ġid, anzi aktar ħsara mentali.
"Li jissoċjalizzaw mingħajr biża' hi importanti għall-iżvilupp tagħhom..." kiteb Joseph fuq il-profil tiegħu. Isemmi li Malta tinsab fit-triq it-tajba hekk kif il-popolazzjoni qed tiġi vaċċinata u pajjiżna hu fost l-iktar nazzjon sigur fid-dawl tal-imxija.
Joseph isemmi wkoll kif diversi persuni ta' kull età pjuttost komplew b'ħajjithom. Min jissoċjalizza u jiltaqa', min joħroġ u jiddeverti f'Paceville eċċ. Għaldaqsant iħoss li t-tfal qed jeħlu kollox indirettament u bħal qisu huma qed ikollhom ibatu bl-iktar restrizzjonijiet u miżuri koroh f'dak li hu sippost l-aħjar ta' żmienhom. "Għaliex qed nikkastigaw lit-tfal fil-klassijiet?" isaqsi Joseph.
Int x'taħseb dwar dan?
Facebook/ Lausanne Collegiate School