Dawk li jsegwu x-xena teatrali Maltija aktarx li semgħu b'din il-produzzjoni u dawk li le ħa tkunu qed tisimgħu dwarha hawn! Teatru Malta ħareġ b'inizjattiva mill-aqwa fejn għamel sejħa għal dawk l-anzjani li jħobbu d-dinja teatrali.

Sejħa biex dawk kollha li forsi għandhom għal qalbhom dan is-settur u ma għadx għandhom l-opporunità li jagħmlu dan, permezz ta' din il-produzzjoni jisfruttaw it-talent tagħhom u jallegraw lil dawk preżenti.

L-imħuħ wara din il-produzzjoni huma erba' ġganti fid-dinja tal-ispettaklu lokali bl-isem ta' Ħax-Xjuħ. Id-direzzjoni ġiet fdata f'idejn Josette Ciappara, fuq kitba ta' Tony Cassar Darien, kjorgrafija fdata f'idejn Alison White u direzzjoni mużikali tal-Mro Paul Abela.

Impossibli li din il-pantomima bl-isem ta' Ħax-Xjuħ ma tkunx tajba, meta għandek 4 pillari bħal dawk fl-industrija tal-ispettaklu lokali u mhux biex nikxfuhom ukoll... imma jikkwalifikaw għal Ħax-Xjuħ ukoll!

Il-produzzjoni ħa titella' bejn it-12 u l-15 ta' Diċembru ġewwa t-Teatru Metanoi, f'Ħal Luqa. Wieħed jista' jakkwista l-biljetti min fuq is-sit kultura.mt jew inkella billi jċempel fuq T: 2122 0255.

Bilħaq din tajba għal kulħadd ta' mhux għax-xjuħ biss! B'garanzija li ħa tieħdu gost żgur!


Emil Calleja Bayliss