Għada s-Sibt, Nicholas Borg Bonaci ħa jidħol jagħmel intervent mediku u fuq il-profil tiegħu kiteb messaġġ fejn appella għall-aktar talb għal żewħ persuni qrib tiegħu, irringrazzja lil kull min bagħatlu xi messaġġ u wkoll sabiex jgħid li hu jinsab lest għal dan l-intervent.

Nicholas f'post fuq Facebook kiteb, "Grazzi mil-qalb. Il-messaġġi li rcivejt u telefonati. Ninsab kuntent bl-imħabba li qegħdin turuni, inħobbkom. Nerġa' nappella biex taħsbu fit-talb tagħkom lil Antonella Rogers Silvio u lil omm ħabib tiegħi wkoll lil dawk kollha li jinsabu fit-tbatija. Lest għal nhar is-Sibt għaliex naf li qiegħed inġorr l-imħabba tagħkom miegħi. Grazzi."

Nicholas tinsab fi ħsiebna u nittamaw li kollox imur tajjeb. Żgur li hawn ħafna qed jitolbu kemm għalik, kemm għal Antonella u wkoll għal omm sieħbek.

Facebook / Nicholas Borg Bonaci


Emil Calleja Bayliss