Leonard Falzon, ħafna jiftakruh bħala Ġanni fuq Salib it-Toroq. Leonard deher fuq il-programm ta' TVM bl-isem ta' X'Sar Minnhom? u tul il-programm sirna nafu affarijiet li ħafna ma kinux jafu dwar Leonard.

Il-familja Sależjani hi għal qalbu ferm u ħa sehem diversi drabi fuq il-palk tas-Sależjani meta kienu jtellgħu numru ta' produzzjonijiet fis-sena. Ilu ħames snin ma jidher fuq it-televixin. Leonard jgħid li l-palk kien l-affaxinu tiegħu u t-televixin ġie b'kumbinazzjoni. L-attriċi li tagħmilha ta' Karmelina, JC Vassallo tiġi kuġina tiegħu u qaltlu biex imur għal żewġ xeni.

Minn żewġ xejn spiċċa ħa sehem fi tliet staġuni oħra. Leonard jistqarr: "Il-feel tan-nies fil-palk hi xi ħaġa differenti immens mit-televixin... il-palk jibqa' l-palk." Xi ħaġa li forsi dawk li jafu lil Leonard, ma jafux hi li hu involut fil-basketball.

Kien referee professjonali fuq skala internazzjonali iżda wara li injury kellu jirtira. Din il-karriera kienet ħaġa li xtaq li jkompli biha imma kellu jieqaf. Darba minnhom kien qed jirrefeja logħba u spiċċa bil-qalziet miftuq għax waqa'. Ix-xogħol tiegħu hu dak ta' għalliem, għalliem tal-basketball!

Il-ħin volontarju tiegħu jqattgħu fil-Brigata tas-Sależjan, hu l-kaptan ta' din l-organizazzjoni. Jgħid li din is-sena ha jagħlqu 110 sena. Hu għandu żewġt itfal u t-tnejn li huma involuti. Jgħid li l-mużika hija parti minn ħajtu wkoll għax idoqq numru ta' strumenti imma qatt ma speċjalizza fi strument wieħed!

Jistqarr li staqsa lil mara tiegħu, biex toħroġ miegħu u hi qaltlu le mill-ewwel avolja kien jafha u kien jaf lil ħutha! Dan wara li kienu extras fuq film ġewwa l-qorti! Hu jistqarr li għaddew is-snin, reġgħu ltaqgħu u minn hemm nibtet l-istorja ta' imħabba.

TVM - X'Sar Minnhom?


Emil Calleja Bayliss