It-18 ta’ Ġunju huwa jum li fih ifakkar l-effetti negattivi li jista’ joħloq id-diskors ta’ mibegħda u b’hekk l-importanza tal-inklużjoni. F’dan il-jum daqstant importanti għall-Università ta’ Malta, huma ħarġu kampanja mill-Uffiċċju tal-Ekwità f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummerċ u l-Komunikazzjoni. 

Il-kampanja tinkludi ħames persuni: Carmen, Roderick, Krista, Pierre, Tazin u Omar li kollha huma kontra d-diskors ta’ mibegħda.

Tajjeb tkun taf li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Università ta’ Malta huwa l-promozzjoni tal-inklużjoni fost il-membri tagħha u l-istudenti li jattendu l-istituzzjoni. B'dan il-mod, kulħadd iħossu komdu jesprimi ruħu f'ambjent sigur!

Facebook / L-Università ta' Malta


Kylie Ann Chircop