L-artist lokali Lawrence Gray dejjem saħħarna bil-vuċi spettakolari tiegħu u issa ħa jkollu ċ-ċans li jsaħħar diversi nies minn madwar l-Ewropa u anke l-Istati Uniti. Dan għaliex għada hu ħa jkun parti minn kunċert virtwali li ħa jkun qed jixxandar fuq il-pjattaformi diġitali sabiex jiċċelebra jum l-Ewropa.
Il-kunċert bl-isem ta' Europe House Live ħa jkun qed jiġbor artisti minn 24 pajjiż differenti minn madwar l-Ewropa. Lawrence ħa jkun qed itajjar il-bandiera Maltija b'leħnu. Aħna nawguraw lil Lawrence kull suċċess. Ninsabu ħerqana li nsegwu l-kunċert u ma għandna ebda dubju li ħa jaqta figura mill-aqwa għal pajjiżna.
Ħa tkun qed tmexxi ċ-ċerimonja l-attriċi Alyssa Milano, li ħafna jafuha l-aktar għall-parti tagħha ta' Phoebe fis-sensiela Charmed. Għal aktar dettalji dwar l-avventiment, idħol HAWN.