Illum tiċċelebra għeluq sninha omm Maronia, il-mara ta' Lawrence. Il-kantant lokali, f'dan il-jum tant speċjali għall-kunjata tiegħu ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali sabiex jawguralha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż.

"Nawguralek l-isbaħ jum għal għeluq sninek. Gawdi l-ġurnata l-iktar għażiża tiegħek... u grazzi ta' dak kollu li tagħmel għalina." Hu jżid li l-fatt li dejjem tara li x'tagħmel sabiex tarahom kuntenti, "huwa dak li jiddefinixxi omm bħalek mimlija mħabba."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Connie l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Nittamaw li tiċċelebrah bl-aħjar mod possibbli avolja bħalissa ċ-ċirkustanzi ma tantx jippermettu imma ninsabu ċerti li kif jgħaddi kollox, jiċċelebraw waħda kif suppost. Awguri Connie!

Facebook / Gray Lawrence


Emil Calleja Bayliss