Minkejja fil-passat ma kinitx faċli għaliha biex tagħmel kull ma xtaqet, il-kantanta Kylie Coleiro issa waslet għall-aħħar pass tagħha biex tikseb suċċess ieħor li tant ħadmet għalih.
"Lanqas irrid nemmen li qed nikteb dan !! Minn nhar it-Tnejn nerġa' nidħol l-iskola li hi l-aħħar sena tiegħi sabiex niggradwa" tikteb Kylie. Hi ssemmi lil dawk kollha li kienu hemm biex jgħinuha waqt li kompliet bl-istudji tagħha u tinsab grata li għad hawn min kapaċi joffri idu biex ikun ta' spalla għal ħaddieħor. Hi kitbet messaġġ sħiħ dwar l-esperjenza tagħha ġewwa l-Universita biex turi li fil-ħajja qatt m'għandek iċċedi.
"Inħares lura lejn dan ir-ritratt fejn kien l-ewwel ritratt li ħadt fl-ewwel ġurnata u fejn qas nista' nemmen li qed nasal qrib lejn dak li nixtieq".
Nawgurawlek mill-qalb Kylie - kuraġġ u ibqa' soda ħa tirnexxi għax verament jisħoqlok!