Iċ-ċkejkna Francesca reġgħet għamlet unur lil pajjiżna hekk kif kantat f'palk ġewwa l-Maċedonja.

Fuq il-mezzi soċjali, ommha Michelle tisħaq li għadha s'issa ma tistax temmen kif iċ-ċkejkna rnexxielha tasal s'hawn minkejja l-isfidi kollha li jkollha taffaċja b'mod regolari.

"Niftakar li meta ġejt tgħidli li trid tkanta, ħadt qatgħa kbira għaliex naf kemm hija diffiċli li xi ħadd bil-kundizzjoni tad-down syndrome ikanta," tispjega Michelle.

Madankollu, bil-perseveranza u l-kuraġġ taċ-ċkejkna, rnexxielha wkoll tikseb suċċess fil-kant, bl-omm tirringrazzja b'mod partikolari lill-għalliema Gillian Attard li kienet strumentali mmens.

"Tistinka, taħdem u tkisser barrieri li jien ma kontx noħlom," temmet tgħid Michelle lil bintha b'sens ta' ammirazzjoni.

Prosit, Francesca!

Ritratti: Facebook / Michelle Rausi


Cristian Tonna