Il-kantanta lokali Kylie Coleiro u l-imħabba ta' ħajjitha jinsabu ftit jiem bogħod minn dak il-jum li se jkompli jgħaqqadhom flimkien. Fil-fatt ftit iktar minn sebat ijiem oħra Kylie u l-għarus tagħha ser ikunu qed jgħidu s-signor si!

Kylie xerrdet ritratt ħelu immens tagħhom flimkien, li juri l-imħabba kbira li hemm bejniethom u li tant iġġibilhom ferħ f'ħajjithom. Hi kitbet "Lanqas irrid nemmen li ftit aktar minn ġimgħa oħra ningħaqdu għas-sagrament taż-żwieg. Inħobbok għażiż għarus ħelu tiegħi."

Awguri minn qalbna għeżież!


Kyle Zarb