La Nave f'San Pawl il-Baħar joffri eleganza moderna li titħallat mal-veduti panoramiċi li wieħed jista' jesperjenza meta jżur dan ir-restorant li qiegħed fil-qalba tal-Akkwarju Nazzjonali ta' Malta. Ir-ristorant joffri vjaġġ kulinarju ispirat mis-sbuħija tal-oċean u kull min żar dan il-post jista' jixhed dan il-kliem.

Huma għandhom tipi differenti ta' ikel offrut, mill-għaġin tradizzjonali u l-pizza li jinżlu tajjeb ħafna mal-Maltin, sal-frott tal-baħar frisk, laħmijiet u insalati vibranti u friski. Il-menu varjat tagħhom żgur li jolqot togħma.

Barra minn hekk, ġewwa La Nave issa tista' wkoll tesplora l-fusion menu tagħhom li jinkludi sushi u bowls tal-poke, li huma magħmula b’sengħa esperta biex jissodisfaw mhux biss l-aptit tiegħek iżda wkoll jagħtuk togħmiet impressjonanti u innovattivi li jħajrek biex terġa' tmur u tipprova affarijiet ġodda.

L-ambjent ta' dan ir-restorant għadu kif ġie irrinovat u b'hekk wieħed jista' wkoll japprezza d-dehra friska tagħhom, li tappella għal kull ġenerazzjoni inkluż iż-żgħażagħ li dejjem ifittxu postijiet vivaċi li joffru prezzijiet tajba u ambjent fantastiku.

Jekk qed tfittex post għall-kolazzjon mill-aqwa u għażla varjata, b'veduti mill-isbaħ biex tibda l-ġurnata tiegħek, mela La Nave huwa l-post ideali għalik għax jinkorpora dawn l-elementi lkoll flimkien.  

Iżda tajjeb li ngħidu li La Nave barra li jiftaħ għall-kolazzjon, hu miftuħ kemm għall-ikla ta' nofsinhar, u anke għall-ikla ta’ filgħaxija iżda jekk sempliċiment tkun fl-akwati u tkun tixtieq tgħaddi għal tazza kafe jew xi ħaġa ħafifa, l-istaff tagħhom żgur li jkun lesti biex jilqak bi tbissima. Infatti huma għandhom staff iddedikat biex jipprovdi servizz eċċezzjonali.

Ta' min jirrimarka li La Nave għandu prezzijiet affordabbli u parkeġġ b’xejn għal dawk li jiddeċiedu li jmorru hemm għall-ikel, b'hekk awtomatikalment jagħmlu d-destinazzjoni perfetta kemm għall-familji kif ukoll għad-dilettanti tal-ikel. Int tista' faċilment toħloq memorji li ma jintesewx.

Wieħed jista' jżur is-sit tagħhom billi jagħfas HAWN għal aktar dettalji, filwaqt li tista' ssib il-menus tagħhom billi tidħlu HAWN.


Emil Calleja Bayliss