Xi ħlew u xi kreattività! Mary Mizzi; mara twajba u maħbuba sew f'Birkirkara ħadmet pupu tas-suf bil-labar f'għamla ta' tabib. Fuq facebook tellgħet ritratt ta' xogħlha u saħqet li la ma nistgħux noħorġu minħabba l-COVID-19, inħaddmu ftit il-passatempi tagħna.

Forsi iżjed ma jgħaddi ż-żmien, iżjed qed ngħajjew fi djarna. Imma jekk nippjanaw ftit kapaċi nimlew ħinha b'mod tajjeb u nibbilanċjaw. Jekk ikollna ħafna ħin bla ma nkunu nafu x'ser naqbdu nagħmlu, dan żgur ser jikkawża stress fuqna u fuq ta' madwarna.

Mary tagħtna idea. Intom x'qed tagħmlu? Kif qed tqattgħuha l-ġurnata tagħkom?!

Ritratt: Facebook/ Mary Mizzi


Clifford Galea