F’Malta qed tikber il-mistoqsija jekk bdejniex it-tieni mewġa jew le! Prof. Gauci fl-aġġornament tal-lum tkellmet fuq dan u qalet li ser ikomplu jsegwu sitwazzjoni ta’ barra minn Malta. Tisħaqq li n-numri tal-każijiet qed jitilgħu għaliex qed issiru aktar testing minn qatt qabel.

“Qed naqbdu każijiet li proprju m’għandhomx sintomi, fil-bidu meta bdejna ma konniex qed naqbduhom” tgħid Prof. Gauci . Tistqarr ukoll li “… Jien iżjed jinkwetani jekk ikollna aktar każijiet hemm barra u ma niġiex ngħidilkom bihom”.

Fuq is-soddod li hemm l-Università ta’ Malta, u oħrajn fi swali ser jibqgħu hemm għaliex “…Irridu nkunu preparati u anke preparati aħna biex la dabra tibda x-Xitwa, każijiet tal-influwenza nafu li ser ikollna a double burden tal-virus, allura importanti li nkunu preparati minn dan l-aspett ukoll”.

Fil-kummenti lill-ġurnalisti, Prof. Gauci tgħid, “Il-virus għadu magħna u baqalu magħna! Għadu ta’ riskju għall-pajjiżi kollha”.




Anthony Baldacchino